Aphroconfuso

By: Aphroconfuso
  • Summary

  • Il-podcast tal-ġurnal letterarju Aphroconfuso. L-isem ġej mill-ewwel deskrizzjoni stampata li għandna tan-nies li kienu jgħixu fil-gżejjer Maltin, Insulae Melitae Descriptio ta’ Jean Quintin, Lyon 1536: “Siculo sunt homines ingenio, Aphro confuso: ad praelia parum fortes & commodi.” In-nies huma ta’ karattru Sqalli, imħallat mal-Afrikan, mhumiex mibnija għall-ġlied, u ma jinqalgħux għalih. L-isem huwa rilevanti iktar bħala sintomu milli bħala xi aġenda speċifika. Nuru kunfidenza u kurżità dwar l-identità Maltija fuq orizzonti ġodda lil hinn mill-binarji klassiċi ta’ Malti/Ingliż u Malti/Taljan. Konxji wkoll mill-fatt li l-Malti issa sar jintuża minn barranin li ġew joqogħdu Malta u li b’hekk qed jinħolqu orizzonti interni għall-ilsien Malti u nisperaw li fil-futur, bħala ġurnal, nibdew niskopruhom ukoll.

    Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.

    Aphroconfuso
    Show more Show less
activate_Holiday_promo_in_buybox_DT_T2
Episodes
  • Il-Komunità tal-Kitba (taħdita)
    Nov 26 2024

    Il-Komunità tal-Kitba kien avveniment li tellajna fid-9 ta’ Novembru 2024 waqt il-Festival tal-Ktieb, f’Ta’ Qali. Ħadu sehem Raylene Abdilla, Jasmine Bajada, Miriam Galea, Davinia Hamilton, Maria Theuma u diversi kittieba oħra tal-ġurnal.


    « Ħafna drabi meta niktbu nkunu magħluqin f’kamra waħidna, iżda l-kliem li nużaw qatt mhu tagħna biss. Matul l-ewwel sena ta’ Aphroconfuso ridna noħolqu, flimkien mal-kittieba tagħna, komunità fejn il-kliem mhux biss jingħad darba u jintelaq għall-irwiefen taż-żmien, iżda jsib eku u risposta fi kliem ieħor fil-ġurnal stess, fl-istorja letterarja tagħna u tad-dinja. »


    Waqt dal-avveniment introduċejna l-ewwel ktieb ta’ Aphroconfuso, Antoloġija 1.


    Peress li kien hemm ħafna attività fil-festival, kellna nipproċessaw ir-recording biex inneħħu l-istorbju mill-isfond, u għaldaqstant f’xi waqtiet il-kwalità tal-vuċijiet mhix għolja daqs is-soltu.


    https://aphroconfuso.mt/raylene-abdilla-jasmine-bajada-miriam-galea-davinia-hamilton-maria-theuma-poddata-2024-11-26-il-komunità-tal-kitba/


    Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.

    Show more Show less
    51 mins
  • Joey Tilbes, it-Tabù Tinża’ - Omar N’Shea
    Nov 14 2024

    « Bħal ritwal somatiku, kull filgħodu tfaqqa’ pirmla vjola tal-Premarin minn ġol-kartuna u tiblagħha, tmexxi s-swaba’ ta’ jdejk għal fuq sidrek biex tħoss jekk hemmx xi għoqda qed tibbies, nofsok imwerwer u n-nofs l-ieħor ħerqan. Xagħrek qed jissaħħaħ, ileqq, jiffolta u jiggoffa. Qed jitwal malajr. Il-ġilda bdiet tirtab. M’għandekx iktar suf ma’ biżlejk u allura m’għadekx tqaxxru bix-xafra. Il-leħja m’għadhiex tixrief u tigref; saret dell taħt geddumek u l-foundation qed jgħattiha aħjar. Għajnejk qed jibbru, qed isiru iktar ħelwin. Bdejt tħossok iżgħar. Qed tarak tisbieħ. Qed tieħu gost bin-nies iħarsu iktar lejk; minn raġel ikrah għax mhux maskili biżżejjed sirt sinjorina ħelwa: tilbes ta’ mara u tikkonfondi ’n-nies, tilbes ta’ raġel u jaħsbuk ġuvnott barrani. Orrajt, hemm min idejqek għax jiflik, taparsi jolqotlok bejn saqajk meta tkun bilwieqfa fuq tal-linja biex iħoss intix raġel. Imma d-dividend tal-ormoni huwa ħafna ikbar mill-iskumdità soċjali u l-invażjoni fuq l-irkejjen ta’ ġismek. »


    Noti: Uħud mill-ismijiet u l-laqmijiet ġew mibdula għal raġunijiet ta’ privatezza. Je suis un monstre qui vous parle : rapport pour une académie de psychanalystes ġie ppubblikat minn Bernard Grasset fl-2021. Not Gay: Sex Between Straight White Men ta’ Jane Ward huwa pubblikazzjoni New York University Press 2015. Sarah Schulman tikteb dwar l-omonazzjonaliżmu fil-ktieb tagħha Israel/Palestine and the Queer International, pubblikazzjoni Duke University Press 2012 u Lisa Duggan dwar l-omonormattività f’The Twilight Of Equality? Neoliberalism, Cultural Politics, and the Attack on Democracy, Beacon Press 2003. Wara l-edizzjoni ta’ Malta u lil Hinn Minnha msemmija hawn, l-isem “Ashley” baqa’ jintuża bħala insult omofobiku għal xi snin.


    https://aphroconfuso.mt/omar-nshea-joey-tilbes-it-tabù-tinża/


    Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.

    Show more Show less
    47 mins
  • Il-Mara tas-Suldat - Jien_a
    Aug 18 2024

    « Fil-bidu, jekk qatt kien hemm bidu, il-maħbubin kollha sejħu lilhom infushom amazzuni. Huma u jgħixu flimkien, jinħabbu, jiċċelebraw lilhom infushom, jilagħbu, fiż-żmien meta x-xogħol kien għadu logħba, il-maħbubin fil-ġnien tal-art baqgħu jsejħu lilhom infushom amazzuni tul Żmien id-Deheb kollu. Imbagħad, xħin twaqqfu l-ewwel bliet, bosta maħbubin kissru l-armonija oriġinali u sejħu lilhom infushom ommijiet. Minn dan iż-żmien ’l hemm, il-kelma amazzuna saret tfisser għalihom tifla, li qatt ma tikber, immatura, dik li qatt ma tħaddan id-destin tagħha. L-amazzuni tkeċċew mill-bliet tal-ommijiet. Kien f’dak il-mument li dawn saru vjolenti u bdew jiġġieldu biex jiddefendu l-armonija. Għalihom, l-isem antik amazzuni baqa’ bit-tifsira oriġinali. U minn issa beda jfisser xi ħaġa aktar: dawk li jħarsu l-armonija. »


    Bejn Settembru tas-sena l-oħra u l-bidu ta’ Frar ta’ din is-sena, għamilna sensiela ta’ workshops flimkien ma’ Librerija Geġwiġija. Minnhom ħarġet din il-kitba kollettiva.


    (00:00) Il-Mara tas-Suldat

    (00:11) Abt

    (00:49) Aħna

    (00:55) Alfabett

    (01:18) Amazzuni

    (02:28) Annimal

    (03:10) Attivista

    (03:16) Attribuzzjoni

    (03:45) Beżżul

    (04:34) Bużżieqa

    (06:15) Ċiprina

    (06:23) Dati

    (07:03) Demm ta’ Kull Qamar

    (07:20) Diżfemiżmi

    (07:29) Dubju 1

    (08:10) Dubju 2

    (09:27) Dubju 3

    (10:27) Dubju 4

    (10:42) Faldi

    (12:04) Fossa

    (12:11) Ġeneru

    (12:17) Ġisem

    (12:40) Għar Ħasan

    (18:40) Ħlas

    (18:52) Ħnejja

    (19:33) Intraduċibbli

    (21:33) Intraduċibbli, l-

    (21:46) Jien_a

    (21:54) Kaċċa

    (22:02) Kellu

    (22:25) Lingwa

    (22:32) Ljun

    (23:20) Lupa

    (23:58) Mara tas-Suldat, il-

    (26:46) Masġar

    (27:17) Meta

    (27:25) Metodu

    (30:01) Moviment Qawmien Vaġinali

    (30:11) MW

    (31:09) Mxarrba

    (31:15) Ndewwa

    (31:23) Niedja

    (31:28) Nota tal-Aħħar

    (32:51) Noti għal Dizzjunarju tal-Maħbubin

    (33:43) Numru

    (34:10) Oħla Deni, l-

    (34:21) Oriana

    (35:34) Ormoni

    (35:59) Plural

    (36:03) Qamar

    (36:19) Qawmien Vaġinali

    (36:37) Raġel

    (36:42) Ras il-Beżżul

    (36:50) Sess

    (36:55) Singular

    (36:59) Skrupli

    (37:08) Sqaq

    (38:23) Struttura

    (38:40) Titlu

    (38:45) Traċċi

    (41:08) Trasferenza tal-Ideat

    (43:26) Wittig, Monique

    (48:07) Xiħa

    (49:50) Xita

    (51:08) Xuxana


    https://aphroconfuso.mt/jien_a-il-mara-tas-suldat/


    Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.

    Show more Show less
    52 mins

What listeners say about Aphroconfuso

Average customer ratings

Reviews - Please select the tabs below to change the source of reviews.